Dan is-suġġett jagħti informazzjoni fuq mekkaniżmi differenti ta’ sopravvivenza li żviluppaw l-astronawti għal meta jqattgħu żmien twil fl-ispazju, u fuq kif dawn jgħinuhom biex jibqgħu f’saħħithom u kuntenti.
Kisbiet mit-Tagħlim tal-Ħiliet
5
Nista’ nsemmi għażliet differenti li nista’ nieħu biex nieħu ħsieb tas-saħħa fiżika u tal-kuntentizza tiegħi
Riżorsi provduti
Slides għall-preżentazzjoni, b’suġġerimenti għal diskussjonijiet fil-klassi
Worksheet għall-istudenti bi pjan għall-kura personali
Attivitajiet li jistgħu jsiru
Ibda l-lezzjoni billi tuża s-slides provduti biex tispjega kif l-astronawti jqattgħu l-ħin waħedhom fl-ispazju.
Iddiskutu flimkien dwar is-solitudni, l-istress, u s-saħħa fiżika u mentali.
Iggwida l-istudenti biex jimlew il-pjan għall-kura personali personali tagħhom, billi jużaw il-worksheet provduta.
Agħlaq il-lezzjoni b’eżerċizzju fuq mindfulness ispirata mill-astronawti fl-ispazju.
Rabtiet transkurrikulari
Edukazzjoni Fiżika:
L-eżerċjizzu bħala mezz biex jitnaqqas l-istress
Ix-Xjenza / Il-Bijoloġija
L-effetti tal-ivjaġġar fl-ispazju fuq il-ġisem uman