Skip to content

SpaceMalta

Gwida għar-riżorsi

KUNĊETT EWLIENI:

Esplorazzjoni ta’ karrieri relatati mal-ispazju lil hinn mill-astronawti - enfasi fuq l-irwoli tad-dinja reali marbutin max-xjenza spazjali, mat-teknoloġija, u mas-soċjetà.

Dan is-suġġett jagħti informazzjoni dwar il-karrieri differenti relatati mal-ispazju u jenfasizza it-tipi ta’ ħiliet meħtieġa għal kull xogħol, kif ukoll xi eżempji ta’ persuni li jistgħu jservu bħal mudell.

Kisbiet mit-Tagħlim tal-Ħiliet

4

Nista’ nitkellem fuq il-ħiliet differenti meħtieġa għal karrieri professjonijiet differenti

5

Nista’ niddeskrivi għaliex karrieri u/jew professjonijiet differenti huma importanti għall-komunità u l-pajjiż li ngħix fih.

Riżorsi provduti

  • Slides għall-preżentazzjoni, b’suġġerimenti għal diskussjonijiet fil-klassi
  • Worksheet ta’ tqabbil tal-ħiliet max-xogħljiiet

Attivitajiet li jistgħu jsiru

  1. Ibda l-lezzjoni billi tuża s-slides provduti biex tgħallem dwar it-tipi differenti ta’ karrieri relatati mal-ispazju.
  2. Agħmel eżerċizzju ta’ tqabbil bejn il-ħiliet u x-xogħlijiet bl-għajnuna tal-worksheet provduta.
  3. Uri xi vidjows qosra tal-ESA dwar il-karrieri differenti u staqsi lill-istudenti biex jgħoddu kemm jaraw.
  4. Oħloq diskussjoni fil-klassi dwar liem xogħlijiet interessawhom l-iktar, liem ħiliet diġà għandhom li jistgħu jkunu utli hawnhekk, u xi ħiliet oħra li jixtiequ jitgħallmu.
  5. Kompli bl-islides tal-persuni li jistgħu jservu bħala mudell
  6. Ikkonkludi l-lezzjoni b’attività kreattiva – kif jista’ jidher xogħol futur fl-ispazju, bi tpinġijiet jew kitba ta’ deskrizzjonijiet qosra.

 

Nota qasira: 

Minkejja li fis-slides u fil-worksheet l-ismijiet u d-deskrizzjonijiet tax-xogħlijiet jidhru fil-maskil, għandu jiġi enfasizzat li dawn ix-xogħlijiet m’humiex assenjati ma’ ġeneru partikolari.

Rabtiet transkurrikulari

  • L-Ingliż: 
    • Vokabularju ġdid relatat mad-deskrizzjonijiet tax-xogħlijiet