Skip to content

SpaceMalta

Gwida għar-riżorsi

KUNĊETT EWLIENI:

Nifhmu x-xogħol f’tim u l-kollaborazzjoni permezz tal-ħajja fuq l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS).

Dan is-suġġett jinkoraġġixxi l-istudenti biex jagħrfu jaħdmu flimkien ma’ kulturi jew nazzjonalitajiet differenti, permezz ta’ l-użu ta’ eżempju mill-ISS.

Kisbiet mit-Tagħlim tas-Suġġett

Kisba 2

Relazzjonijiet pożittivi u ħidma f’tim

Nista’ naħdem b’mod effettiv ma’ ħaddieħor u niddeskrivi għaliex il-ħbiberiji u r-relazzjonijiet pożittivi huma importanti.

Riżorsi provduti

  • Kompilazzjoni ta’ vidjows qosra meħudin mill-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) u
    programmi tat-televiżjoni ta’ Euronews relatati mal-ispazju
  • Preżentazzjoni b’suġġerimenti ta’ diskussjonijiet biex jintużaw fil-klassi
  • Karti individwali għal-logħob ta’ rwol biex jintużaw mill-istudenti fil-ħidma fi gruppi

Attivitajiet li jistgħu jsiru

  1. Ibda l-lezzjoni billi tispjega lill-istudenti kif l-astronawti minn pajjiżi differenti jaħdmu flimkien fuq esperimenti xjentifiċi li huma ta’ benefiċċju għall-umanità kollha. (l-ewwel ftit slides tal-preżentazzjoni)
  2. Uri xi vidjows qosra mill-ESA dwar il-ħajja ta’ kuljum u l-ħidma f’tim fl-ispazju.
  3. Oħloq diskussjoni fil-klassi dwar l-importanza tal-ħidma f’tim billi tuża suġġerimenti mill-preżentazzjoni.
  4. Iffoka l-parti li jmiss tal-lezzjoni fuq il-vidjows dwar il-missjonijiet żgħar jew solo, u pereżempju s-sitwazzjoni reċenti fejn 2 astronawti ma setgħux imorru d-dar minħabba li kien hemm xi problemi tekniċi, u kellhom joqgħod għal iktar żmien fuq l-ISS.
  5. Staqsi l-istudenti biex jaqsmu esperjenzi permezz tal-karti għal-logħob ta’ rwol bħala suġġerimenti. L-istudenti jistgħu jirreċtaw xenarji li jimitaw il-ħidma f’tim fuq l-Istazzjoni Spazjali Internazzjonali jew jirrispondu mistoqsijiet bħal “X’nagħmel kieku nkun waħdi fl-ispazju” “Meta nkun waħdi nħossni…” jew “Darba għent ħabib…”

Rabtiet transkurrikulari

  • Ġeografija: 
      • Identifikazzjoni ta’ pajjiżi involuti fl-ISS
  • Xjenza: 
    • Deskrizzjoni qasira ta’ esperimenti relatati mal-ispazju