Gwida għar-riżorsi
KUNĊETT EWLIENI:
Vjaġġ immaġinarju fl-ispazju
Din il-lezzjoni tinkoraġġixi lill-istudenti biex jużaw l-immaġinazzjoni tagħhom biex jiddeskrivu vjaġġ fuq pjaneta oħra, inkluż il-wasla tagħhom fuq il-pjaneta u kif tidher. L-istudenti jistgħu jagħżlu pjaneta diġà magħrufa jew jivvintaw waħda huma.
Kisbiet mit-tagħlim tal-Ħiliet
Qari 1
Naqra bis-sens, b’leħen ċar, b’ritmu mexxej u b’kunfidenza, ġeneri differenti ta’ kitba ta’ bosta kittieba, f’qalbi, waħdi, fis-skiet, għall-gost, quddiem ħaddieħor, ma’ oħrajn, ngħidu aħna, poeżiji, novelli, artikli f’gazzetti jew rivisti, stejjer tal-biża’, tad-daħk, mistħajla, stejjer ta’ vera, bijografiji, u l-bqija.
Kitba 7
Nikteb rakkont ta’ bejn 100 u 150 kelma li jista’ jkun marbut ma’ stampa jew sett ta’ stampi, cartoons, u l-bqija.
Kitba 10
Nikteb tajjeb testi rriċerkati bejn 100-150 kelma, fuq temi li jinkludu lingwaġġ matematiku / xjentifiku / teknoloġiku bħan-numri, il-forom, il-kejl, il-piż, l-elementi, il-boxxla, iż-żmien u l-ħin.
Kitba 11
Fil-kitba tiegħi nuża kemm sentenzi sempliċi kif ukoll komposti bl-użu ta’ kliem u espressjonijiet għaqqieda bħall-konġunzjonijiet.
Metalingwa: Il-Konġunzjonijiet
Naf nuża tajjeb fil-kitba ta’ sentenzi l-konġunzjonijiet inkella, jew, għax, sabiex, mela, billi, għalhekk.
Riżorsi provduti
- Preżentazzjoni għall-użu fil-klassi
- Fehim mill-qari – Iċ-ċkejken prinċep iżur id-Dinja
- Gwida għall-attività tal-kitba: “Immaġina li kont qiegħed fuq inġenju spazjali u weħilt fuq pjaneta oħra…”
Attivitajiet li jistgħu jsiru
- Ibda l-lezzjoni billi ssaqsi lill-istudenti jekk jafux b’xi kotba bil-Malti jew b’lingwi oħra li jitkellmu fuq pjaneti jew dinjiet immaġinarji.
- Imbagħad semmi ftit informazzjoni (b’mod interessanti) fuq Iċ-Ċkejken Prinċep (jew test ieħor alternattiv li se jintuża għall-Fehim mit-Test).
- Agħmel l-attività’ tal-Fehim mit-Test u inkoraġixxi lill-istudenti biex jagħtu kas ukoll tal-istil tal-kitba (bħall-użu ta’ aġġettivi, deskrizzjonijiet, u xi elementi letterarji oħra).
- Fiehem lill-istudenti dwar l-attività tal-kitba li tista’ tinbeda fil-klassi u titkompla d-dar.
- L-attività tal-kitba tista’ tintuża wkoll bħala spunt biex issir attività ta’ taħdit f’lezzjoni oħra, fejn jippreżentaw il-pjaneta tagħhom lill-bqija tal-klassi.
N.B. L-attivitajiet imsemmija hawn fuq jistgħu jsiru kemm f’lezzjoni waħda jew mifruxa fuq bosta lezzjonijiet, sabiex jittieħdu in kunsiderazzjoni restrizzjonijiet ta’ ħin u l-progress naturali minn ħiliet riċettivi għal dawk produttivi.
Rabtiet transkurrikulari
- L-Ingliż
- English Year 5 – Spazju.eu suggested concept – Explore how the media – including films, series, cartoons, books, and music – has helped shape public interest and imagination about outer space. Students will examine what they’ve learned about space through media and reflect on its influence.
- Il-Mużika
- Music Year 5 – Responding to Music 3 – Explore how music (a form of media) portrays space (e.g. The Planets by Holst).
- L-Arti
- Art Year 5 – Create artistic interpretations of imaginary planets described by students (LOs 5.1.2, 5.2.1, 5.3.2)