Gwida għar-riżorsi
KUNĊETT EWLIENI:
Esplorazzjoni ta’ karrieri relatati mal-ispazju lil hinn mill-astronawti - enfasi fuq l-irwoli tad-dinja reali marbutin max-xjenza spazjali, mat-teknoloġija, u mas-soċjetà.
Dan is-suġġett jagħti informazzjoni dwar il-karrieri differenti relatati mal-ispazju u jenfasizza it-tipi ta’ ħiliet meħtieġa għal kull xogħol, kif ukoll xi eżempji ta’ persuni li jistgħu jservu bħal mudell.
Kisbiet mit-Tagħlim tal-Ħiliet
4
Nista’ nitkellem fuq il-ħiliet differenti meħtieġa għal karrieri professjonijiet differenti
5
Nista’ niddeskrivi għaliex karrieri u/jew professjonijiet differenti huma importanti għall-komunità u l-pajjiż li ngħix fih.
Riżorsi provduti
- Slides għall-preżentazzjoni, b’suġġerimenti għal diskussjonijiet fil-klassi
- Worksheet ta’ tqabbil tal-ħiliet max-xogħljiiet
Attivitajiet li jistgħu jsiru
- Ibda l-lezzjoni billi tuża s-slides provduti biex tgħallem dwar it-tipi differenti ta’ karrieri relatati mal-ispazju.
- Agħmel eżerċizzju ta’ tqabbil bejn il-ħiliet u x-xogħlijiet bl-għajnuna tal-worksheet provduta.
- Uri xi vidjows qosra tal-ESA dwar il-karrieri differenti u staqsi lill-istudenti biex jgħoddu kemm jaraw.
- Oħloq diskussjoni fil-klassi dwar liem xogħlijiet interessawhom l-iktar, liem ħiliet diġà għandhom li jistgħu jkunu utli hawnhekk, u xi ħiliet oħra li jixtiequ jitgħallmu.
- Kompli bl-islides tal-persuni li jistgħu jservu bħala mudell
- Ikkonkludi l-lezzjoni b’attività kreattiva – kif jista’ jidher xogħol futur fl-ispazju, bi tpinġijiet jew kitba ta’ deskrizzjonijiet qosra.
Nota qasira:
Minkejja li fis-slides u fil-worksheet l-ismijiet u d-deskrizzjonijiet tax-xogħlijiet jidhru fil-maskil, għandu jiġi enfasizzat li dawn ix-xogħlijiet m’humiex assenjati ma’ ġeneru partikolari.
Rabtiet transkurrikulari
- L-Ingliż:
- Vokabularju ġdid relatat mad-deskrizzjonijiet tax-xogħlijiet