Gwida għar-riżorsi
KUNĊETT EWLIENI:
Sejjer vjaġġ - Nagħtu direzzjonijiet u nimxu magħhom
Din il-lezzjoni (jew grupp ta’ lezzjonijiet) tinkoraġġixi lill-istudenti biex jagħtu direzzjonijiet lil xulxin b’mod li jinftiehem u biex jiddeskrivu kif jaslu minn post għall-ieħor. Tinħoloq diskussjoni fuq id-differenzi bejn il-GPS u l-mappa, b’konnessjoni mal-importanza tat-teknoloġiji tal-ispazju għall-ħajja tagħna ta’ kuljum.
Din il-lezzjoni tista’ ssegwi lezzjoni li tkun introduċiet l-imperattiv.
Kisbiet mit-Tagħlim tal-Ħiliet
Taħdit 3
Taħdit 5
Kitba 4
Metalingwa: Il-Prepożizzjonijiet
Metalingwa: L-Imperattiv
Nikteb l-imperattiv ta’ verbi trilitteri sempliċi fis-singular u l-plural, bħal itlaq - itilqu, mur - morru, oħroġ - oħorġu, dur - duru.
Metalingwa: L-Ittri Kapitali
Naf li d-direzzjonijiet u l-ismijiet tal-irjieħ niktibhom b’ittri kbar. Eż. it-Tramuntana, il-Lvant, in-Nofsinhar.
Riżorsi provduti
- Preżentazzjoni għall-użu fil-klassi
- Attività fil-klassi – Nimxu mad-direzzjonijiet (preżentazzjoni għall-għalliem)
- Attività fil-klassi – Nimxu mad-direzzjonijiet (kopja għall-istudent)
- 3 mapep
- Attività tal-kitba – Fejn Sejrin?
Attivitajiet li jistgħu jsiru
- Fil-bidu tal-lezzjoni, bl-għajnuna tal-preżentazzjoni provduta, oħloq diskussjoni fuq id-differenzi u s-similitudnijiet bejn il-GPS u l-mappa u kif u meta l-istudenti ġieli użawhom.
- Agħti ftit informazzjoni fuq kif jaħdem il-GPS, prinċipalment l-importanza tat-teknoloġiji relatati mal-ispazju biex jagħtuna data korretta.
- Bħala parti minn din il-lezzjoni, jew f’lezzjoni preċedenti, tajjeb li ssir introduzzjoni jew konsolidazzjoni ta’ frażijiet ewlenin biex jingħataw direzzjonijiet bil-Malti, inkluż il-boxxla u l-irjieħ. Ċerti frażijiet huma pprovduti fil-preżentazzjoni għall-użu fil-klassi.
- Attività fil-klassi (Nimxu mad-direzzjonijiet): L-għan ta’ din l-attività huwa li l-istudenti jaraw eżempji ta’ kif wieħed jista’ jagħti direzzjonijiet u jkunu kapaċi jimxu magħhom biex jaslu għal destinazzjonijiet partikolari. Hemm diversi modi kif tista’ ssir l-attività, u l-għalliema jistgħu jagħżlu wkoll issirx individwalment, f’pari, fi gruppi, jew bħala klassi sħiħa.
- L-istudenti jaqraw test qasir b’direzzjonijiet, u xogħolhom ikun li jsibu d-destinazzjoni fuq il-mappa provduta, b’għażla ta’ żewġ destinazzjonijiet possibbli.
- L-istudenti jistgħu jużaw Google Maps fuq il-laptop/tablet tagħhom, bi street view, biex ikunu jistgħu jivviżwalizzaw aħjar fejn sejrin. Madankollu, dan il-mod ma jistax jintuża għad-destinazzjonijiet kollha minħabba l-limiti ta’ Google Maps.
- L-istudenti jistgħu jimxu mad-direzzjonijiet mogħtija bħala parti minn ħarġa l-Imdina, il-Belt jew Għawdex, biex ikollhom esperjenza f’kuntest reali flok fil-klassi.
- Attività f’pari (Nimxu mad-direzzjonijiet): L-għan ta’ din l-attività huwa li l-istudenti jitgħallmu jagħtu direzzjonijiet u jimxu magħhom ukoll. Għal din l-attività jistgħu jintużaw l-istess mapep provduti fl-attività Nimxu mad-direzzjonijiet. Student wieħed jagħżel il-punt tat-tluq u d-destinazzjoni, u xogħlu huwa li jwassal lill-istudent l-ieħor għad-destinazzjoni t-tajba billi jagħti d-direzzjonijiet. Imbagħad ipartu l-irwoli.
- Attività tal-kitba (Fejn sejrin?): Din tista’ ssir kemm id-dar u kemm fil-klassi. L-għan huwa li l-istudenti jiddeskrivu kif se jaslu f’post partikolari fil-belt jew raħal li jgħixu fih, bl-għajnuna ta’ numru ta’ mistoqsijiet. Din l-attività tista’ tiġi abbinata wkoll mal-Istudji Soċjali – Taħriġ Prattiku A għaliex f’dan it-taħriġ l-istudenti jridu jagħmlu fieldwork madwar il-belt jew raħal fejn joqogħdu u jirrekordjaw l-osservazzjonijiet tagħhom.
- Attività addizzjonali: Il-logħba provduta minn Spazju.eu. L-għan tal-logħba huwa li wieħed iqassam l-ikel (speċifikament pastizzi) fuq mutur, f’postijiet differenti bl-għajnuna ta’ GPS skont l-ordnijiet li jirċievi, iżda minħabba solar storm attiv, il-GPS joqgħod jintefa’ u jerġa’ jinxtegħel. Waqt li l-GPS ikun mixgħul, il-player jiġi pprovdut b’mod dirett il-pożizzjoni ġeografika tiegħu iżda meta jkun mitfi, ma jkollux din l-informazzjoni. Għalhekk ikollu juża l-mappa b’mod aktar tradizzjonali sabiex jasal għad-destinazzjoni.
N.B. L-attivitajiet imsemmija hawn fuq jistgħu jsiru kemm f’lezzjoni waħda jew mifruxa fuq bosta lezzjonijiet, sabiex jittieħdu in kunsiderazzjoni restrizzjonijiet ta’ ħin u l-progress naturali minn ħiliet riċettivi għal dawk produttivi.
Rabtiet transkurrikulari
- L-Ingliż
- English Year 4 – Lexical Area 11 (Travel)
- English Year 4 – LS 5.14 – I can listen carefully and follow a sequence of simple instructions and directions.
- L-Istudji Soċjali
- Social Studies Year 4 – Taħriġ Prattiku A. FIELDWORK A – “Fieldwork madwar il-belt jew raħal fejn noqgħod”.
- L-istudenti jagħmlu fieldwork madwar il-belt jew raħal u jirrekordjaw l-osservazzjonijiet tagħhom; il-fieldwork directives jiġu pprovduti mill-Educational Assessment Unit (EAU).
- Social Studies Year 4 – Ġ4.1.1 – Kapaċi nispjega x’inhi pjanta tal-klassi, tal-iskola u tal-pjazza; u x’inhi mappa.
- Social Studies Year 4 – Ġ4.1.2 – Kapaċi nsib fuq mappa xi lokalitajiet tal-Gżejjer Maltin.
- Social Studies Year 4 – Ġ4.1.3 – Kapaċi nesplora l-pożizzjoni ġeografika ta’ xi bliet u rħula Maltin u Għawdxin.
- Social Studies Year 4 – Ċ4.2.3 – Kapaċi nifhem u nispjega eżempji ħfief ta’ riżultati ta’ kejl ta’ temp.
- Social Studies Year 4 – Taħriġ Prattiku A. FIELDWORK A – “Fieldwork madwar il-belt jew raħal fejn noqgħod”.
- Il-Matematika
- Maths Year 4 – 5.6.1 – I can distinguish between right, left, up and down and can move an object in each of these directions. I can also describe the movement of the object in each of these directions.
- Maths Year 4 – 5.6.2 – I can read and write the vocabulary related to position, direction and movement.
Maths Year 4 – 5.6.3 – I can describe and find the position of a square on a grid of squares with rows and columns labelled.